Valetta - Il-Parlament Ewropew jirrappreżenta, skond kif jgħid it-Trattat ta' Ruma ta' l-1957, 'lill-popli ta' l-Istati miġjuba flimkien fi ħdan il-Komunità Ewropea'. Madwar 375 miljun ċittadin Ewropew fi 15-il pajjiż issa huma involuti fil-proċess ta' l-integrazzjoni Ewropea permezz tas-626 rappreżentant tagħhom fil-Parlament Ewropew.

L-ewwel elezzjonijiet diretti għall-Parlament Ewropew saru f'Ġunju ta' l-1979 meta, 34 sena biss wara t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-popli tan-nazzjonijiet ta' l-Ewropa, li darba nfirdu minn xulxin bil-gwerra, marru jivvutaw biex jeleġġu l-membri ta' parlament wieħed. L-Ewropej ma setgħux isibu mezz tar-rikonċiljazzjoni aktar qawwija minn din.

Il-Parlament Ewropew, li jieħu l-leġittimità tiegħu minn elezzjoni diretta u huwa elett kull ħames snin, kiseb bil-ħeffa influwenza u setgħa akbar bis-saħħa ta' sensiela ta' trattati. Dawn it-trattati, l-aktar it-Trattat ta' Maastricht ta' l-1992 u t-Trattat ta' Amsterdam ta' l-1997, biddlu lill- Parlament Ewropew minn assemblea konsultattiva għal parlament leġislattiv, li jeżerċita poteri li jixbħu lil dawk tal-parlamenti nazzjonali.(Pat Cox)

Kommt Ihnen maltesisch vor?
Einfach SMS mit "Malta" an 0664/222 3 999 senden und Sie erhalten den deutschen Text per MMS.

Sie können auch per Handy über WAP (http://derStandard.at/WAP/Europa) oder PDA (http://derStandard.at/PDA/Europa) einsteigen und schon kommen Sie zu den deutschen Texten.

Bei Fragen zu WAP können Sie kostenlos und rund um die Uhr 0800 664 112 anrufen."